Toy Story

poeta tal-kliem jew il-poeta tat-toys?
iċ-ċali tal-belt ? l-arroganti ?

il-bniedem li jħares lejn kattidral u jimmaġina li hemm moħbi ġo fih xi arloġġ kbir
li f’xi minuta meta kulħadd ikun mitluf jaħmi l-ħmira tal-ħolm …nistenna li dan il-katidral isir fiżikali…awtonomu …awtomata …
min jaf…

insomma mhux sa nuża metafori jew kaxxi tas-sulfarini fejn jixgħelu fin-nigredo ta’ jung…

bħall-vizzjijet li għandi u li min jaf kemm hemm …hemm wieħed partikolari
ili dawn l-aħħar 12-il sena nġemma’ toys tal-landa… perjodi tal-50s meta l-ġappuniżi kienu taħt l-amerikani u kienu jivvintaw dawn it-toys tal-landa
bħala importazzjoni fis-suq amerikan…

ħafna minn dawn it-toys huma magħmula mil-landa ta’ xi ajruplan li ġġarraf fil-gwerra …jew minn fliexken tal-landa ta’ xi commercial amerikan…
u jaħdmu bil-batterija li tinġektja kurrent elettriku ġo mutur żgħir imqabbad ma’ gearbox iddisinjata biex toħloq moviment u riżultat li meta tmexxi on ta’ swiċċ tara dan it-toy jiċċaqlaq preċiż u għal minuta u nofs tintilef f’infinità ta’ mistoqsijiet u x’qed jiġri ġo żaqqu dan it-toy…

apparti meta tibda tikkollezzjona din it-tip ta’ droga għat-toys …tibda tixtri toys jaħdmu …toy ta’ 50 sena ilu tista’ timmaġina jbeżżgħek ma jaħdimx…


u biex ma ntawwalx toy ma jaħdimx qisek lesti biex tieħu nejka ma’ pupa li tintefaħ…apparti li tixtri toy tal-landa inkonjxament tkun qed tixtri parti mill-history …parti minn dak il-mument fejn dawn il-ġappuniżi nies żgħar b’għajnejhom żgħar kienu inġniera ta’ kwalità kbira…

f’kull suq tad-dinja li jeżisti dejjem hemm kompetizzjoni allura f’dak iż-żmien bdew ifaqqsu iktar kumpaniji u jivvintaw iktar alterazzjonijiet (esperimenti)
biex it-toy isir iktar jixbah lejn ir-realtà…

l-iktar ħaġa komuni għall-amerikani meta kienu jagħmlu l-vjaġġi twal tad-dnubiet mejta kienu jixtru dawn it-toys li t-tfal tagħhom bħala happy families…l-ewwel ħaġa li kienu jagħmlu tfal kienu jarmu l-kaxxa tal-kartun u jilagħbu bit-toy….
issa din il-kaxxa saret tiswa iktar minn toy li jaħdem…voldieri aħjar ikollok toy imkisser ġo kaxxa …milli toy jaħdem u mingħajr kaxxa…

biex nitkellmu x’saħħa kbira għandha l-kaxxa …l-ewwel ħaġa l-artwork bellezza u qisek lit- toy tajtu l-ewwel magħmudija tiegħu…l-isem …x’ jagħmel …eċċ…u fl-aħħar mill-aħħar anka l-kuluri tal-50 u l-komiku u l-innoċenti kien differenti mill-kaxex li naraw illum…
illum biżżejjed tara barcode ma’ xi kaxxa ta’ toy jiena nitwerwer…

tinsewx dawn it-toys ma kontx tista’ tiftaħhom malajr għax m’għandhomx vitijiet …u ħafna minnhom apparti l-mekkaniżmu u l-organi tiegħu jkun
magħluq ġo kaxxa tal-landa u mlibbes b’xi fur …jekk it-toy ikun xi annimal…bħall-bear …jew rabbit …jew duck…allura meta xi ħadd kien jiqaflu toy jew jarmuh jew jitfgħuh bħala figorina ġo vetrina …jew fil-basement għall-moffa…

kif għandna dawn it-toys il-mekkaniżmu tagħhom magħmul mil-landa l-gearijiet tal-ħadid jew cheap alloy u waħda mill-problemi kbar hi li jekk ma tħaddmux jiġġammja malajr…

hemm ħafna tricks li bl-esperjenza ta’ 12-il sena ssir tabib kważi tat-toys …inħares lejh illum moħħi diġà jkun qed jagħmel l-awtopsja biex infittex eżatt fejn qiegħed il-mutur…
f’kull ħaġa li teżisti l-mutur u l-qalb tal-animazzjoni ….meta ssib il-mutur qisek sibt parti mill-iżball għalfejn it-toy mhux qed jaħdem…

u nżid int u tagħmel dan l-eżami f’dan l-univers moħbi ta’ gearijiet camshafts molol tkun qed ittiha n-nar l-immaġinazzjoni

dawn huma ftit affarijiet li jeċitawni u jżommuni liberu li nsir parti mit-toy mhux barra minnu …

u biex infaqqa’ l-aħħar waħda
jekk l-individwu taħxilu l-entużjażmu …(dak is-serp moħbi fl-oġġett) tista’ timlilu formola għaċ-ċimiterju…

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *


× 3 = 3

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>