Il-Mizantropu

Minbarra l-investigazzjoni kriminali, inevitabbli l-”investigazzjoni” ideoloġika ta’ x’wassal lil Anders Behring Breivik iwettaq il-massakru ta’ ftit jiem ilu fin-Norveġja. Imma nirriskjaw li nisfurzaw wisq interpretazzjonijiet fuq din it-traġedja.

Kulma rridu nagħmlu, fil-fatt, huwa li nħarsu lejn massakru ieħor li seħħ ftit ta’ snin ilu, ukoll f’ambjent Nordiku. Fl-2007, f’Jokela,  il-Finlandja, student ta’ 18-il sena fetaħ in-nar fil-liċeo superjuri fejn kien student. F’kitbiet fuq l-internet l-aggressur (li spicca ħa ħajtu b’idejh wara li qatel tmienja) iddeskriva lilu nnifsu b’mod tant paradossali li qisu kien qed jieħu gost jgħaddi biż-żmien — bil-quddiem — lill-psikoloġi u l-analisti politici li żġur kienu se jitfaccaw fix-xena biex jifhmu l-mottivi tal-massakru.

Imma mhux biss. Pekka-Eric Auvinen, “umanist anti-umanista”, iddikjara lilu nnifsu ateju u esprima interess fl-estremi politici tal-lemin imma anke tax-xellug. Għal wiċċ  min lest jikkonkludi li t-terroriżmu kontemporanju huwa ta’ natura reliġjuża u politikament biss lemini. Il-massakru ta’ Jokela ifakkarna li, għalkemm il-qattiela nfishom jistgħu jagħtu mottivi spiss konfużi u kontradittorji, m’hemmx fil wieħed partikolari, socjoloġiku jew ideoloġiku, li jgħaqqadhom ilkoll.

Ikollna nirrassenjaw rwieħna li l-unika ġeneralizzazzjoni li tista’ ssir hija li l-qattiela huma miżantropi. Miżantropija li, iva, tista’ tkun immirata fuq immigranti, jew  il-Musulmani, jew fuq il-klassi borgiża. Mhux sorpriża għalhekk, li pereżempju l-manifest ta’ Breivik jikkwota estensivament, sal-punt tal-plaġjariżmu, il-manifest ta’ Ted Kaczynski aka l-Unabomber li kellu lanżita għal kategoriji ferm differenti minn ta’ Breivik: is-socjetà industrijali u l-iżvilupp.

Jekk naccettaw li l-miżantropija hija l-kawża ta’ atti bħal dawn, il-politika li biha tiġi espressa hija sempliciment l-forma. Li ndendlu analiżi jew interpretazzjonijiet sempliciment mal-forma ma tkunx xejn iżjed minn għażla selettiva tal-fatti, probabbilment għal konvenjenza tal-premessi politici tagħna.

S’hemmekk, xejn ħażin. Imma jibqa’ riskju. Li minflok ma atti bħal dawn jgħaqqdu lin-nies civilizzati kollha f’kundanna komuni u mingħajr kundizzjonijiet, nispicca ninħlew f’kontroversji li, fic-cirkustanzi tat-traġedja jistgħu jkunu biss banali.

Ara wkoll: l-artiklu ta’ James Debono fuq din l-istorja.

One thought on “Il-Mizantropu

  1. Violence is not intrinsic to the right or the left (and those who imply otherwise are just trying to make political capital out of unfortunate, criminal acts)

    Violent people will use any ideological vehicle to justify their aims (left or right..) The emphasis should not be on attacking the right or the left ideas, but on attacking violence and flag all those who give away hints of violence.

    It’s obvious that both sides will criticize some segments of the population (immigrants, capitalists) and it’s obvious that violent people will interpret that criticism as a motive to exercise their need for violence.

    Whatever we do, violent people will be violent. Period.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *


7 + = 14

You may use these HTML tags and attributes: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <strike> <strong>